"Neħtieġu B’Mod Urġenti Donatur Tad-Demm Tal-Klieb Biex Jgħin Isalva Kelb F’Kundizzjoni Kritika." – Innocent Paws – Maria D’Amato

Fuq il-paġna Innocent Paws- Maria D’Amato ġie mxerred appell biex jinstabu donazzjonijiet ta’ demm għal kelb li jinsab f’qagħda kritika.

Il-kelb li ser jitteħidlu d-demm għal donazzjoni importanti li jkun san u f’saħħtu, bejn sena u tmien snin, jiżen għalmenu  25 kilogramma, u mlaqqam kif suppost. Importanti li l-kelb li ħa jagħti d-demm ma jkunx fuq xi mediċini.

“Neħtieġu b’mod urġenti donatur tad-demm tal-klieb biex jgħin isalva kelb f’kundizzjoni kritika. Jekk il-kelb tiegħek jaqbel mal-kriterji… jista’ jkun eroj reali għal frieħ fil-bżonn!… Jekk taħseb li l-kelb tiegħek jista’ jgħin jew trid aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħatilna messaġġ direttament.”

Nappellaw biex min jista’ jgħin, jagħmel dan immedjatament. Il-kelb tiegħek tassew li jista’ jsalva ħajja. Jekk jogħġbok xerred dan l-appell – jista’ jagħmel id-differenza kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI