Corazon xtaqet tqajjem punt rigward l-attitudni li ċerti nies qed ikollhom rigward is-sitwazzjoni f’pajjiżna.
Il-kantanta tgħid li bosta nies qed iħarsu lejn il-ħajja b’mod żbaljat. “Dan l-imbierek virus qerdilna l-kreattività. Ghal kollox sar hemm ‘imma’, u dawk l-affarijiet li qabel tant kienu jtuna gost issa rridu niccahhdu minnhom, jew inhossuna hatja li qed naghmluhom.”
Tkompli u tgħid li jeħtieġ li waqt li nibżgħu għal saħħitna u saħħet ta’ madwarna, il-ħajja jeħtieġ li tkompli. “Jiena wahda li nemmen li trid tiehu l-prekawzjonijiet kollha, imma l-hajja ma tistax tieqaf u trid tibqa’ ssib gost f’kull gurnata, anke jekk semplici. Ma tistax tinqafel gewwa tibki xortik ghax imbaghad xi skop jifdlilha l-hajja?”
Ma setgħetx poġġietha aħjar! Ejjew ma nkunux negattivi żżejjed tant li ninsew li għandna ħajja x’ngħixu! Prosit Corazon ta’ dawn l-erba’ kelmiet.