Fil-programm li jmiss ta' Esperjenzi u Sorpriżi, il-preżentatur Ivan Gaffiero ser ikun qed iferraħ lill-mistednin tiegħu. Bħal dejjem Ivan ikun tant ħerqan biex jara tbissima fuq wiċċ dak li jkun.
"Kemm jien ħerqan… Biex nhar il-Ħadd nippreżenta dan ir-rigal lil waħda mill-mistednin speċjali waqt il-programm Esperjenzi u Sorpriżi fuq Xejk TV!"
Ivan staqsa lis-segwaċi tiegħu dwar dan il-famuż rigal prezzjuż li ser ikun qed jagħti.
"Imma aqtgħu ftit… Tafu min hi din il-persuna? Persuna li dejjem emmnet fiż-żgħar, tathom il-fiduċja u għarfet tara fihom il-potenzjal li forsi ħaddieħor ma rax. Min taħsbu li hu?"
Segwu nhar il-Ħadd mill-16:00 sas-17:45 fuq Xejk TV. Titilfuhx!