F’bosta ritratti li sabu rwieħhom fuq il-mezzi soċjali mis-sit LovinMalta, r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta’ MasterChef Malta Nicholas jidher fil-pubbliku jilqa’ l-awgurju minn bosta nies li jappoġjawh li lkoll faħħru l-umiltà u l-ħiliet partikolari tiegħu fit-tisjir.
B’mod partikolari n-nies faħħru r-rieda tiegħu tul il-kompetizzjoni li dejjem jikkunsidra l-opinjoni tal-ġurija u jużaha sabiex jirfina l-ħiliet tiegħu.
Ftit jiem ilu, Nicholas ukoll iċċelebra għeluq sninu b’bosta jawgurawlu l-isbaħ xewqat fuq il-mezzi soċjali.
Ritratti: Instagram / Abigail Cauchi mis-sit LovinMalta