Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-membru parlamentari Adrian Delia feraħ lil Fabio Spiteri wara li riċentament temm b’suċċess id-Deca-Triathlon fi Franza.
Hu qal, “Kuljum niltaqgħu ma’ aktar eżempji tal-qlubija tal-Malti. Fabio Spiteri għadu kif temm waħda mill-akbar sfidi ta’ endurance fid-dinja. Nifraħ lil Fabio Spiteri wara li temm b’suċċess id-Deca-Triathlon fi Franza f’ħin ta’ 233 siegħa, 39 minuta u 29 sekonda. Dan hu wkoll rekord nazzjonali. Dan l-avveniment jikkonsisti fi 38 kilometru għawm, 1,800 km rota u ġirja ta’ 422 kilometru, kollha konsekuttivi.”
Temm billi qal, “Inkredibbli r-reżiljenza tal-bniedem kemm kapaċi tkun b’saħħitha. Prosit Fabio.”
Facebook/Adrian Delia