Illum jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom, il-preżentatur Dorian Cassar u r-raġel tiegħu Paul. F’dan il-jum speċjali huma jagħlqu tliet snin ta’ ħajja miżżewġa. Hu għażel li jfakkar dan il-jum b’messaġġ sempliċi imma sinifikanti.
F’dan il-jum speċjali, Dorian qasam ritratt tagħhom flimkien u kiteb, “Permezz ta’ kull daħka, sfida, avventura u mument kwiet, jien iktar grata minn qatt qabel li qed ngħaddi ħajti miegħek. Nikbru flimkien, inħobbu aktar fil-fond, u dejjem nagħżlu lil xulxin. L-anniversarju t-tajjeb lilna.”
Il-messaġġ tiegħu jirrifletti l-imħabba u l-apprezzament profond li għandu lejn Paul, kif ukoll l-impenn kontinwu li għandhom lejn xulxin. Tliet snin li fihom komplew jissaħħu, mhux biss bħala koppja, imma wkoll fil-vjaġġ tal-ħajja flimkien – fil-ferħ, fid-diffikultajiet, u f’dak kollu li jagħmel ir-relazzjoni vera.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom mill-qalb! Awguri!
Facebook / Dorian Cassar