Nikkonfermaw: L-Għarusa u Strada Stretta Hemm Konnessjoni Bejniethom

Sentejn ilu ntemmet is-sensiela 'Strada Stretta' taħt produzzjoni ta' Steven Dalli u Justin Farrugia u kitba ta' Audrey Brincat Dalli. L-istess trio qedgħin jipproduċu d-drama L-Għarusa fuq TVM. Fis-sensiela li għaddiet rajna xena partikolari.

L-istorja ta' Strada Stretta teħodna f’Malta ta’ l-1957 waqt li tal-Għarusa teħdona lura aktar fi żmien, fl-1930. Allura kif inhuma konnessi? Fid-19 ta' Marzu, l-amministratturi tal-paġna tal-Għarusa qalu lil utenti li "Marie u Giovanni żżewwġu... u t-tifla tagħhom se jkun jisimha...". Ħadd ma kkonferma xejn u kien hemm diversi li kkumentaw.

F'intervista li għamilna ma' Steven, Justin u Audrey qalulna din id-drama staqsejnieh fuq din il-konessjoni u jekk kinitx biss 'fan based theory'. Huma qalulna... "L-istorja per se mhux konnessa, iżda hemm żewġ karattri partikolari, dawk ta' Marie u Giovanni, li jinsabu fiż-żewġ serje, imma fi żmien differenti ta’ ħajjithom. Fl-Għarusa qed insegwu ħajjithom bħala koppja żagħżugħa, meta fi Strada Stretta iltqajna magħhom bħala żewġ minn nies separati u li joqorbu s-sittinijiet".

Jiġifieri omm Lydia kien jisimha Marie u kienet izapap! Missierha kien jismu Giovann u kien tabib. L-istess Giovann u Marie tal-Għarusa!

Marie u Giovanni xħin iżżewġu fl-Għarusa

Dawn meta kibru fi Strada Stretta.

Jekk tixtieq terġa' tara dawn iż-żewġ programmi bħalissa hemm ir-repitizzjonijiet:

Strada Stretta - mit-Tnejn sal-Ħamis fl-16:05 fuq TVM

L-Għarusa - kull nhar ta' Ġimgħa fit-15:00 b'żewġ episodji kull darba.

Strada Stretta / L-Għarusa / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI