“Nilqgħuh Fostna U Nżommuh Fit-Talb Tagħna” – Il-Parroċċa Ta’ Ħaż-Żebbuġ Tilqa’ Lis-Seminarista Matthew Theuma

Il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ ħabbret li matul din is-sena se tkun qed tilqa’ fi ħdanha lis-seminarista Matthew Theuma, li se jkun qed jagħmel esperjenza pastorali bħala parti mill-mixja tiegħu ta’ formazzjoni lejn is-saċerdozju. Matthew għandu 29 sena u huwa mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni tal-Verġni Marija fl-Għarb, Għawdex. Bħalissa jinsab fl-ewwel sena tal-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju ta’ Malta.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ esprimiet il-ferħ tagħha li se tkun qed tilqa’ lil Matthew fil-komunità parrokkjali. "Nilqgħu fostna lis-seminarista Matthew Theuma li se jagħmel esperjenza pastorali fil-parroċċa tagħna matul din is-sena," kitbet il-parroċċa.

Il-messaġġ intemm bi stedina lill-komunità biex takkumpanja lil Matthew bit-talb matul din l-esperjenza. "Nilqgħuh fostna u nżommuh fit-talb tagħna." Nawguraw lil Matthew esperjenza sabiħa u mimlija ġid fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ, hekk kif ikompli l-mixja tiegħu ta’ formazzjoni u vokazzjoni.

Ritratt:

Facebook / Paroċċa Ħaż-Żebbuġ

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI