Nistennew Gladiator 3! – L-Atturi Paul Mescal u Denzel Washington Ser Ikunu Parti Minnu

Ħamest ijiem ilu fiċ-ċinema lokali u barra minn xtutna, beda jintwera l-film tant mistenni, Gladiator II. Dan il-film huwa speċjali ħafna għalina l-Maltin minħabba li bħall-ewwel wieħed, ħafna mix-xeni tal-film inħadmu f’Malta.

Il-film Gladiator II, ilu li beda jinħadem hawn Malta għal dawn l-aħħar sentejn, u m’għandniex xi ngħidu, l-istennija hi waħda kbira. Ftit ilu tħabbar li Gladiator ser ikun qed jirritorna għat-tielet staġun tiegħu – Gladiator III. L-atturi Paul Mescal u Denzel Washington, diġà ġew ikkonfermati bħala parti minn Gladiator III. 

It-tielet film se jkun miktub u taħt id-direzzjoni tal-leġġendarju Ridley Scott ta’ 87 sena, li mexxa l-film oriġinali lura fl-2000. Gladiator II għandu fih lil Paul Mescal, li jaħdem il-parti ta’ Lucius, lin-neputi ta’ Maximus (il-karattru li jaħdem Russell Crowe fl-oriġinal), u diġà ġabar $87 miljun globalment fil-box office mid-debutt internazzjonali tiegħu.

Nistennew aktar aġġornamenti u aħbarijiet rigward it-tielet staġun ta’ dan il-filma li parti kbira minnu nħadem f’pajjiżna. Intom lesti għat-tielet staġun ta’ din l-istorja?

Facebook/ Gladiator







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI