F’24 siegħa, il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina laħaq sitwazzjoni kritika wara li l-Ħamas spara missili lejn Iżrael, u qatlu diversi ċittadini Iżraeljani. Iżrael irritalja u attakka lill-Palestina. Diversi Iżraeljani ġew maħtufa mill-Ħamas u n-numru qed jiżdied ma’ kull rapport.
Wieħed minn dawn l-ostaġġi hija Shani Louk, turista Ġermaniża li kien qed tattendi festival għall-paċi meta l-militanti tal-Ħamas attakkaw.
Filmat maħruġ mill-Ħamas juri lil Shani mitlufa minn sensiha f’karozza wara li nħatfet.
Ommha għamlet filmat biex titlob għall-għajnuna. “Intbagħtna filmat li fih stajt nara b’mod ċar lil binti mitlufa minn sensiha fil-karozza bil-Palestinjani u jsuqu madwar il-Gaża Strip,” qalet. “Nitlobkom ilkoll biex tibgħatulna kwalunkwe għajnuna jew aħbarijiet.”
S’issa mill-bieraħ, mijiet huma rrappurtati mejta, u eluf oħra midruba. Iżrael iddikjara gwerra.