"Nixtieq Inżommlok Idejk, Bħal Meta Konna Tfal… U Ngħidlek Kemm Inħobbok." – Janice Bartolo

F'dawn il-mumenti ta' ħafna emozzjonijiet u sentimenti, Janice Bartolo kitbet messaġġ fuq il-midja soċjali li laqat lil kull min qrah. Kliem ta' appoġġ u kuraġġ li żgur ħafna se jifhmuh.

"Ta' tfal, il-ħolm tagħna kien kbir. Imma ma konniex naslu nimmaġinaw il-vera ferħ li kapaċi toffri l-ħajja. Lanqas stajna nantiċipaw il-vera mrar. L-ikbar uġigħ donnu jiggranfa mal-aħjar nies. Issa mess lill-aktar familja sabiħa li naf. Lill-ħabiba ta' tfuliti, sabiħa f'kull sens, li tafni sa qoxorti."

Janice tagħlaq, "Nixtieq inżommlok idejk, bħal meta konna tfal, u f'nofs din il-ħolqa inspjegabbli li qed ngħixu, ngħidlek kemm inħobbok."

Bosta kkummentaw, irreaġixxew u faħħru dal-messaġġ li qasmet.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI