“Nixtieq Insir Naf Min Kienu Dawn In-Nies U Marilhomx Kollox Sew” – Omm Leanne Schembri

Lucianne Schembri, omm il-mibkija Leanne, kitbet appell fuq il-midja soċjali. Bħala omm, hi tixtieq issir taf lil min irnexxielha tgħin bintha.

Hi spjegat, “Din hi t-tifla tiegħi Leanne, li ħallietna f’April tas-sena 2025 fl-eta`ta’ 26 sena. Hi kienet donatriċi tal-kornea imma minħabba protezzjoni tal-informazzjoni personali, ma stajniex inkunu nafu min irċevihom. Ħadd ma vvinċinana (għalmenu hekk kont xtaqt jien). L-istorja tagħha daret fuq Facebook f’dawk il-jiem u wara anke fuq it-televiżjoni. Min irċevihom – suppost żewġ persuni Maltin, sarulu l-operazzjonijiet probabbli bejn id-19 u 23 t’April tas-sena 2024.”

Qalet ukoll, “Nixtieq ħafna jekk min irċevihom, jekk jixtiequ, jagħmlu kuntatt magħna. Nixtieq insir naf min kienu dawn in-nies u marilhomx kollox sew.”



Fil-kummenti żiedet tgħid li hi ma tixtieqx tirċievi xi grazzi, iżda taħseb biss li tkun xi ħaġa sabiħa li ssir taf lil min għenet bintha wara li ħallietna.





Ritratti:

Facebook / Lucianne Schembri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI