L-attur lokali Kevin De Leonardo għadu kif iċċelebra għeluq sninu fejn irċieva bosta messaġġi mill-qalb jixtiqulu xewqat sbieħ u għalhekk għażel li jikteb messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-paġna uffiċjali tiegħu biex juri kemm japprezza dan il-ġest.
Hu kiteb, “Nixtieq nieħu mument biex nesprimi gratitudni sinċiera mill-qalb tax-xewqat sbieħ li rċevejt f’għeluq snini. Il-messaġġi sbieħ tagħkom verament sebbħuli l-ġurnata u fakkruni kemm jien imdawwar b’persuni tal-ġenn f’ħajti. Nixtiqilkom tmiem il-ġimgħa mill-isbaħ!”
Kemm hu sabiħ li nieħdu ftit ħin mill-ġurnata tagħna biex nawguraw lil xi ħadd u nuruh li qed naħsbu fih, speċjalment fil-ġurnata speċjali tiegħu! Nisperaw li kellu ġurnata mill-isbaħ u nawgurawlu għal sena oħra mimlija risq u hena!
Facebook / Kevin De Leonardo