Jidher li waħda mill-islanders li rajna matul it-tieni staġun ta’ Love Island Malta, Noemi Anzalone, qed tistenna tarbija. Hi ħabbret dwar dan fuq il-profil ta’ Instagram tagħha fejn kitbet, “It-talba tagħna li ġiet milqugħa.”
Fir-ritratti jidhru hi u l-imħabba ta’ ħajjitha, iżommu żarbun ċkejken, biex iħabbru li qed jistennew tarbija. Milli jidher ser ikollhom tifla, wara li kellhom ċelebrazzjoni ta’ Gender Reveal.
Minn qalbna ngħidulhom Awguri għal dan il-kapitlu ġdid! Nifirħulhom!
View this post on Instagram
Instagram/ Noemi Anzalone