"Numri Għoljin Iżda…" – Ħa Nkomplu Bir-Ritmu Tal-Aħħar Jiem?

Tul l-aħħar jiem rajna l-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna jiżdiedu b’jumejn mill-aħħar 4 jkunu b’numri rekord, numri rekord minn meta bdiet il-pandemija. Dan qed jikkawża tħassib fost ħafna u ħafna nies lokali, filwaqt li oħrajn qed jistaqsu x’qed jiġri u għala din iż-żieda f’daqqa waħda.





F’post li xeħet dalgħodu Gerald Fenech qal, “numri għoljin iżda inqas mill-aħħar jiem.” Għalkemm din mhux xi aħbar li wieħed jista’ jifraħ biha, tal-inqas mhux ħa nkomplu naraw numri rekord illum. Nittamaw li għalkemm iż-żieda ta’ każijiet tal-Covid-19 qed fl-aqwa tagħha, l-imwiet ma jkomplu jiżdiedu.

It-tabib Frank Portelli qal li sat-08:00 ta’ dalgħodu kien hemm madwar 150 pożittiv, jekk in-numri jibqgħu hekk sa xħin tiġi biex toħroġ l-istatistika uffiċjali, dan ikun ifissier li fl-aħħar sigħat sabu madwar mitt każ inqas mill-bieraħ.



Importanti li nibgħqu nieħdu l-prekawzjonijiet kollha, nevitaw in-nies, inżommu d-distanza soċjali u dawk li huma eleġibbli sabiex jieħu l-vaċċin, jieħduh mill-aktar fis possibbli. Ejja nagħmlu l-kuraġġ, ma ninsabux f’din il-battalja weħidna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI