Jidher li reġa’ kien hemm żieda allarmanti fin-numri ta’ każijiet attivi. Iz-Zija TT dalgħodu kitbet, “Bonġu ħbieb tiegħi, illum żgur ħa nisimgħu b’numri għoljin naħseb hija l-agħar ġurnata ta’ Frar sa issa. Ejjew ngħidu li sas-6:00 hemm 180 persuni pożittivi għall-Covid-19.”
Dan il-kliem tennieh ukoll it-tabib Frank Portelli fejn qal li kollox jindika li hemm madwar 180 każ pożittiv tal-Covid-19. Dan hu fatt kemxejn inkwetanti li f’daqqa waħda n-numri reġgħu għolew daqshekk. Il-kawża ta’ dan għadha mhux magħrufa.
Gerard Fenech ukoll ta l-istess ammont taz-Zija TT u Frank Portelli. In-numri uffiċjali joħorġu fuq il-paġna Saħħa, iżda jidher li hemm qbil li din taf tkun l-agħar ġurnata ta’ Frar. Nieħdu ħsieb u nibqgħu nimxu mal-miżuri ta’ mitigazzjoni.
Facebook / Zija TT