Bħal ma diġa ħabbarna fuq is-sit tagħna Gwida.mt, illum l-istudenti rċivew ir-rużalti tal-MATSEC. Kien hemm ruxmata ta' kummenti fuq Facebook tal-istudenti fejn esprimew is-sodissfazzjon tagħhom li għaddew. Kien hemm min kien xi ftit diżżapuntat ukoll.
Fost dawn il-kummenti ma naqsux il-kummenti mill-għalliema. Il-Kap tal-iskola u preżentatur tat-televiżjoni, Deo Grech qasam kelmtejn ta' kurraġġ.
Fuq post li ħalla fuq il-profil ta' Facebook tiegħu Deo qal... "L-oħrajn li għal xi raġuni jew oħra ma ġabux il-marki li xtaqu, taqtgħux qalbkom. Aħna nemmnu fikom. Apparti r-resits hemm hafna opportunitajiet oħra ta' studju".
Deo kompla b'appell biex l-istudenti jkomplu jikkomunikaw mal-għalliema u l-kapijiet tal-iskola tagħhom, "... tkellmu magħna u niggwidawkom. Kapaċi taslu intom ukoll. Kulħadd bil-pass tieghu".
Deo Grech temm il-post tiegħu b'motto speċjali li għandu jkun fuq l-aġenda ta' kull student. "Oħolmu, Irsistu, Iksbu!" - Deo