FIl-programm Tough Luck iltqajna ma' Joanne Woodland minn Ħal Għaxaq. Din il-mara xejn ma kellha ħajja faċli! Meta kellha biss 18-il xahar, omm Joanne taqa' minn fuq sellum u titlef ħajjitha. Joanne tistqarr li fuqha dejjem iżżomm ċurkett u ġiżirana bir-ritratt ta' ommha. L-akbar xewqa ta' Joanne kienet li titlaqa' darba ma' ommha... "imqarr għal 5 minuti fejn ngħidilha hawn ma, jien it-tifla tiegħek".
B'familja ta' 7 ulied, missier Joanne ma setax ikampa allura kellu jibgħat lit-tfal tiegħu jgħixu mas-sorijiet. Hawnhekk Joanne sabet imħabba bla qies. Sr. Maria Ursola rabbietha u kienet qisha ommha. Joanne kibret u marret tgħix l-Ingiliterra però meta ġiet Malta u kienet qed tippjana biex tmur tara lis-soru li kienet tant tħobb issib li ġurnata qabel kienet mietet!
"Kienet vera diffiċli għax kienet ommi għalija" - Joanne
Lil Joanne jgħidulha li l-aħħar kelmiet li qalet is-soru kienet "Fejnha Joanne? Irrid Nara".

Fl-intervista Joanne tirrakonta ukoll l-ġrajja li kellha tgħaddi minnha fl-1979. Dik is-sena kienet tqila u kellha 7 xhur tqala. Lil Joanne taqbadha marda serja u jkollhom jeħduha l-isptar b'urġenza biex twelled. Dakinhar kien twieled Jonathan. L-istorja ma tieqafx hawn. Dakinar f'Malta kien għaddej strajk ġenerali. L-isptar kien inqata' d-dawl u sfortunatament it-tobba ma kinux pronti biżżejjed biex jitfghħu lit-tarbija minn inkubatur għal ieħor. Ftit wara tabib jaħsad lil Joanne bl-aħbar li t-tarbija tagħha mietet.
Din il-mara sfortunata, anke fuq il-programm kellha Tough Luck għax tilfet iċ-ċans li tirbaħ id-dehumidifier għad-dar tagħha! Tough Luck huwa programm immexxi minn Angie Laus u PJ jirritorna nhar it-tnejn li ġej fuq TVM wara l-aħbarijiet.
Tough Luck / Facebook