Matul it-tnejn u għoxrin-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser nitkellmu dwar żoni fl-oċean li għadhom ma ġewx skoperti. L-oċeani jkopru madwar 71% tal-wiċċ tad-dinja u fihom 97% tal-ilma tal-pjaneta. Mhux l-ewwel darba li nisimgħu fuq l-importanza tal-oċeani u dwar dawk l-affarijiet li qed jagħmlu ħsara l-oċeani tagħna, iżda ftit nitkellmu dwar żoni fl-oċeani li għadhom ma ġewx skoperti.
Huma jsaqsu diversi mistoqsijiet. X’hemm moħbi fl-aktar partijiet fondi tal-oċean? Jista’ jkun li hemm ċertu kreaturi li jgħixu fl-oċean u li sal-lum għandna ma skoprejniex biżżejjed dwarhom? Il-mistieden magħna fil-panel se jkun il-Professur Alan Deidun, bijoloġista marittimu u lettur fl-Università ta’ Malta.
Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut l-Erbgħa fis-19:00 u l-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, kif ukoll il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967 L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions.