Il-paġna Civil Protection Malta ttella’ dan il-messaġġ, “Wara nofsinhar illum, il-ħaddiema tas-salvataġġ mill-istazzjon tan-Nar Nru 1 u 4 wettqu b’suċċess operazzjoni delikata biex ġiet salvata tarbija li waqgħet f’bir. Il-missier, li niżel fl-ispazju magħluq biex jgħin, ġie ukoll salvat.
L-operazzjoni tas-salvataġġ sabiex seħħet kellha ssir madwar tliet sulari taħt l-art u kien jeħtieġ l-użu ta’ tekniki speċjali ta’ aċċess bi ħbula biex iż-żewġ persuni jinħarġu b’mod sigur.
Il-Protezzjoni Ċivili Malta tesprimi ringrazzjamenti sinċiera lid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni kruċjali tagħhom waqt din l-operazzjoni.”
Grazzi tax-xogħol ta’ tant dedikazzjoni u siwi li tagħmlu!
Facebook / Civil Protection Malta