Il-paġna ta’ Facebook tal-Università ttella’ din il-filmat dwar il-famuż Oriental Hornet. L-isem xjentifiku tiegħu huwa Vespa Orientalis.
Il-Professur David Mifsud jgħind dan“Insett li issa nibdew narawh. Bħalissa bħal daż-żmien tas-sena nibdew naraw dak li jgħidulhom l-irġejjen illi dawn ikunu qegħdin jibdew l-ewwel bejt. Dan l-insett, dan l-aħħar 10 snin kiber ħafna fil-popolazzjoni tiegħu u jagħmel ħafna ħsara anka fin-naħal. Dan imur jattakka n-naħal u jiekolhom. Dan huwa speċi indiġenu ġifieri kien dejjem jgħix hawnhekk. Huwa insett ħamrani bi dbabar sofor. Ħafna nies jitfixkluh ma’ insetti oħrajn. Toqtlux insetti oħrajn għax taħsbuh dan l-insett. Oqogħdu attenti wkoll meta tkunu fil-pubbliku għax dan jiġi għal-laħam, jiġi għall-ikel tal-qtates,biex toqogħdu attenti ma taqalawx xi tingiża minn dan l-insett. Għaliex it-tingiża tiegħu tweġġa’ ħafna u tista’ tkun ta’ periklu.” Professur David Mifsud
Kompli segwi l-filmat hawn taħt.