Aħbar li żgur mhix faċli tinqara għal dawk kollha li matul dawn is-snin sabu ruħhom fil-komunità ta’ Thrifted Finds. Il-paġna ħabbret, li dan is-Sibt se tkun l-aħħar darba li l-ħanut se jkun miftuħ, hekk kif wara ħafna riflessjoni ddeċidew li jagħlqu b’mod permanenti.
Il-proġett beda fl-2024, f’kafetterija żgħira fil-Għargħur, b’ħwejjeġ mill-gwardarobba personali tagħhom li bdew jinbiegħu lil min kien jemmen fil-moda second-hand. Minn hemm kibret komunità ta’ nies li jħobbu jfittxu biċċiet uniċi, isibu affarijiet sbieħ bi prezzijiet aċċessibbli.
F’messaġġ emozzjonanti, is-sidien ta' Thrifted Finds qalu, li minkejja l-imħabba kollha lejn il-proġett, il-mudell tan-negozju ma baqax sostenibbli għalihom, speċjalment hekk kif qed jiffokaw fuq proġetti u ħolm ieħor. Bħala l-aħħar tislima, sal-aħħar ta' dan is-Sibt, ħa jkunu qed ibiegħu kollox għal 50 ċenteżmu.
Il-vjaġġ ta’ Thrifted Finds se jintemm, iżda huma saħqu li dan mhux it-tmiem tal-ħolma tagħhom. Il-proġett Dainty Vintage se jkompli jikber.
Facebook/Thrifted Finds