Lill-għawwiem Malti Neil Agius, minn sena għall-oħra narawh jagħmel xi sfida iebsa li tirrikjedi sens kbir ta' ħila u reżiljenza; fl-2020, hu kien saħansitra għam minn Sqallija sa Malta. Din id-darba, Neil għażel li jaqsam il-Port il-Kbir billi segwa r-rotta storika li kien jgħum Toni Bajada fl-eqqel tal-Assedju l-Kbir sabiex iwassal il-messaġġi madwar 460 sena ilu.
Skont kif irrappurtat minn xi siti lokali, l-għawwiem Malti Neil Agius għamel din l-għawma u wara ta l-beritta li uża matulha lil Heritage Malta sabiex issa din tifforma parti mill-kollezzjoni nazzjonali.
L-istorja tgħid li fil-qalba tal-Assedju l-Kbir, raġel Naxxari li kien jismu Toni Bajada kien jaħdem għall-Kavallieri ta' San Ġwann bħala messaġġier kif ukoll spija. F'dik il-ħabta, l-Ottomani kienu qed jinvadu lil Malta u l-Kavallieri kienu stazzjonati f'postijiet differenti fil-Port il-Kbir - uħud fil-Forti Sant'Anġlu u oħrajn fil-Forti Sant'Iermu.
Minħabba f'hekk, il-komunikazzjoni bejn il-Kavallieri saret diffiċli, u billi Toni Bajada kien il-messaġġier, hu kien jgħum min-naħa għall-oħra u jwassal il-messaġġi. Minħabba f'hekk, matul is-snin hu baqa' mfakkar għas-sehem li ta sabiex il-gżejjer Maltin setgħu jirreżistu lill-Ottomani.
F'pajjiżna llum il-ġurnata hawn ukoll xi toroq, sqaqien u pjazez imsemmija għalih - f'San Pawl il-Baħar hemm Triq Toni Bajada; fil-Belt Valletta hemm Sqaq Toni Bajada, filwaqt li fin-Naxxar, belt twelidu, hemm Pjazza Toni Bajada.
Facebook / Kurt Arrigo u ChatGPT