Illum kienet ġurnata speċjali fil-familja tal-preżentattriċi Clare Agius hekk kif missierha għalaq sninu! Clare u l-familja jidher li kellhom jum mimli memorji ta’ ferħ fejn gawdew lil xulxin llum waqt li kitbet messaġġ għall-okkażjoni lil missierha.
“Pa, int l-ispirazzjoni tiegħi! Il-karattru tiegħek, il-mod kif taħseb, u l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja, jien kollha ħadt minnhom dawn u ta’ dan nirringrazzjak għax għamluni l-persuna li jien illum”.
Clare tefgħet anke ritratt ma’ missierha l-għażiż għall-okkażjoni u bosta kienu li ferħulu u awgurawlu f’dan il-jum speċjali. Awguri mill-qalb għażiżi!