Fuq il-paġna uffiċjali Infrastructure Malta ġie ppubblikat avviż dwar għeluq ta’ toroq li mistennijin iseħħu fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
“Notifika t’Għeluq: parti minn Triq Hompesch u Triq il-Karmnu, il-Fgura. Is-Sibt 4 t’Ottubru 2025; Triq Hompesch ser tkun magħluqa mit-03:00 sal-05:00 filwaqt li Triq il-Karmnu ser tingħalaq bejn l-04:00 u s-18:00.”
Ser ikun qed isir xogħol ta’ asfalt. Il-paġna tħeġġeġ lis-sewwieqa jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel u jsegwu t-tabelli.
Jirringrazzjaw lill-pubbliku għall-koperazzjoni. Xerrdu dan l-avviż ma’ sħabkom.