Peppi, Ben, Daniel Jew Sander? Min Ser Jieħu Post Ron Il-Ġimgħa?

Peress li Ron qiegħed kwarantina, it-tim tal-produzzjoni ser issibu alternattiva! Staqsew “Għada Serata____ Min?”. Il-Maġġoranza tan-nies jixtiequ lil Sander biex jippreżenta flok Ron.

Sander ikun persuna ideali għax komiku, jaf jiċċajta b’mod spirtu pront, kellu esperjenza bil-programm ‘Danusanday’. Possibilità li jkun hemm sieħbu Daniel Chircop mid-Danusan għalkemm dawn it-tnejn bħalissa involuti ferm bid-‘Drive Thru Christmas’ li ser issir f’Ta’ Qali mill-11 ta’ Diċembru sa’ 3 ta’ Jannar.

Issemma’ wkoll Ben Camille, li din tinżel żgur għasel hekk kif Ron u Ben dehru f’kunflitt flimkien fuq dan il-programm stess, tkun ħelwa jekk Ben ipattieha ftit lil Ron. Fil-lista ta’ preżentaturi li ġiet ippublikata kien hemm ukoll Peppi Azzopardi li l-islot ta’ nhar ta’ Ġimgħa tibqa’ wisq sinonima miegħu. Tgħid ser jagħmel comeback żgħira? 

Inkella jkun hemm Gianni Zammit li hu ħabib kbir ta’ Ron iżda skont id-djarju tal-Kwarontina jidher li l-preżentatur magħżul mhux ser jinżel għasel ma’ Ron… 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI