Peppi Azzopardi ħafna 25 sena ilu b’ritratt li qasam fuq il-midja soċjali tiegħu. Il-preżentatur illum jagħlaq 25 sena miżżewweġ lil Mandy Micallef Grimaud li nafuha kemm permezz ta’ Xarabank u wkoll permezz ta’ diversi partijiet li tinterpreta f’dramas lokali.
Peppi jirrakonta li meta ltaqgħu hi kellha 18, filwaqt li hu kellu 30. Il-koppja għamlu erba’ snin għerusija u qabel ma’ qalu s-signor si. Peppi jikteb, “U minkejja li mqarbin kuljum inħobbu aktar lil xulxin. Fit-tajjeb u fil-ħażin, fil-festa u fil-kalvarju u fl-anniversarju.”
Awguri minn qalbna Peppi u Mandy. Nittamaw li jkollkom ċans tgawdu u tiċċelebraw dan il-jum flimkien.
Facebook / Peppi Azzopardi