Fuq il-midja soċjali, s-SurTrevor Fenech, is-Sindku ta’ San Ġwann, żvela b’inizjattiva ġdida li se tgħin biex ikun hemm inqas tniġġis.
“Pass ieħor lejn ambjent nadif u ħajja aktar sostenibbli,” beda hu. “Ilbieraħ iltqajna biex nawguraw floodlights u heaters tal-ilma ġodda li huma aktar energy efficient ghall-Klabb tal-Football. Permezz ta’ dawn se jkun hemm inqas konsum tal-elettriku, inqas tniġġis tal-arja u inqas light pollution. Flimkien nistgħu nagħmlu Malta aktar nadifa.”
Is-Sur Fenech spiċċa billi rringrazzja lil Ministru Miriam Dalli u lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. X’taħseb minn dawn l-inizjattivi? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Trevor Fenech Sindku – San Ġwann