F’pajjiżna din is-sena se tkun qed issir il-Konferenza Annwali tal-ICCFR 2023/24, konferenza li se tkun 69 edizzjoni. Din se tittella’ fl-Urban Valley Hotel & Spa fil-Kappara. It-tema ta’ din il-konferenza hija, “Perspettivi Interġenerazzjonali fil-Familji – Sfidi u Opportunitajiet”.
Din se ssir, mill-Ħamis 14 sas-Sibt 16 ta’ Novembru 2024 minn Positive Parenting Malta u l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Il-mistiedna prinċipali se jkunu qed jitkellmu f’din il-konferenza huma Arlene Healey, Dr. Louise Edgington, Dr Claire Casha.

Arlene Healey – Psikoterapista Sistemika b’aktar minn 40 sena esperjenza bit-titlu tat-taħdita tagħha hu: “It-Trauma Interġenerazzjonali: Konsegwenzi għall-familji”.
Dr Louise Edgington – Psikologa Edukattiva li tiffoka fuq soluzzjonijiet u prattiċi indipendenti fil-psikoloġija. It-titlu tat-taħdita tagħha hu: “Involviment Interġenerazzjonali għar-Reżiljenza għall-Klima”.
Dr Claire Casha – Psikologa u Akkademika, li studjat il-psikoloġija, l-istudju tal-familja u wkoll il-politika soċjali. It-titlu tat-taħdita tagħha hu: “Bħal Missier, Bħal Iben? Etika Relazzjonali fit-Trobbija tal-Missirijiet”.

Forsi qed tistaqsi għaliex għandek tattendi? L-ICCFR tistieden professjonisti fil-psikoloġija, il-liġi tal-familja u s-servizzi soċjali biex jiddiskutu approċċi innovattivi għas-servizzi tal-familja. Jekk tixtieq aktar informazzjoni jew forsi tixtieq tapplika, int tista’ tidħol HAWN.