Is-sena d-dieħla, l-iStati Uniti ser tesperjenza elezzjoni presidenzjali, u l-kampanja elettorali għaliha, għalkemm għada mhiex taħraq, ilha li bdiet. Fost il-kandidati, forsi smajt b’Pete Buttigieg, li huwa s-sindku tal-belt ta’ South Bend ġewwa l-istat ta’ Indiana, li kif jixhed ismu huwa nofsu Malti.
Għalkemm ħafna jafu b’Buttigieg, hemm dawk li qatt ma semgħu bih u ma tantx kellom ġudizzju korett tar-raġuni li għaliha hu popolari.
Sarah Micallef Muscat mit-tim ta' Xarabank staqsiet lil dawk li qatt ma raw lil Pete, x’jaħsbu li hu. Jekk hux il-prefett tal-abbatini li tilgħin il-Vatikan din is-sena, Sindku Amerikan jew is-Sindku l-ġdid tas-Sannat. Ser tkunu sorpriżi bir-reazzjonijiet tan-nies:
L-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fl-iStati Uniti ser isiru fit-3 ta' Novembru tas-sena d-dieħla.
Facebook / @petebuttigieg1