Peter U Doris Iċċelebraw Is-Sittin Sena Tagħhom Billi Sponsorjaw Kamra Fl-appartamenti L-Ġodda Ta’ Puttinu Ġewwa Londra

Doris u Peter għamlu ġest mill-isbaħ hekk kif riċentament sponsorjaw kamra fl-appartementi l-ġodda ta’ Puttinu ġewwa Londra. Verament ġest mill-isbaħ u ta’ min jgħidlhom prosit kbira!

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares qalu, “Peter u Doris iċċelebraw is-60 sena tagħhom b’mod speċjali! Minflok rigali, huma għażlu li jagħtu €2,500 lil Puttinu Cares biex jissponsorjaw kamra fl-appartamenti l-ġodda ta’ Puttinu f’Londra. Għażla sabiħa u ta’ ispirazzjoni! Grazzi mill-qalb, Peter u Doris … awguri!”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ ngħidulhom prosit kbira filwaqt li nawgurawlhom minn qalbna wkoll!

Għada naħsbu f’Puttinu aħna wkoll!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI