Pfizer U BioNTech Jitolbu Awtorizzazzjoni Ta' Emerġenza Għall-Vaċċin Tal-Covid-19

Pfizer u BioNTech applikaw għall-awtorizzazzjoni ta’ użu ta’ emerġenza mill-Food and Drug Administration għall-vaċċin tal-Coronavirus.

Dan ifisser, jekk l-applikazzjoni ta’ Pfizer tkun approvata, il-vaċċin x’aktarx ikun limitat u jinfetaħ għan-nies b’fażijiet differenti inkluż ħaddiema fil-kura tas-saħħa, l-anzjani u persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa varji li jkunu minn tal-ewwel biex jieħdu l-ewwel tilqim.

Il-proċess tal-FDA huwa mistenni li jieħu ftit ġimgħat, u laqgħa tal-kumitat konsultattiv biex tirrevedi l-vaċċin ġiet skedata tentattivament għall-bidu ta’ Diċembru. B’hekk nistennew li jekk tiġi approvata taf f’pajjiżna din tasal għall-bidu tas-sena d-dieħla.

Pfizer huma l-ewwel fit-tellieqa tal-vaċċin Covid-19 li applikaw għall-użu ta’ emerġenza mal-FDA.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI