Jirbaħ it-43 edizzjoni tal-festival tal-Għanja tal-Poplu Philip Vella bil-kanzunetta Il-Verità.
Fit-tieni post imbagħad insibu lil Cherylis bi Tfewwaħ.
Il-kanzunetta minn Rachel Lowell, Minn Kajfas Għal Għand Pilatu tispiċċa fit-tielet post.
Apparti l-ewwel tlieta, ġew mogħtija 3 premjijiet oħra.
Il-premju għall-aħjar interpretazzjoni mar għall-kantanta Janice Mangion b’Għadu Mhux Il-Waqt. Il-premju għall-aktar kanzunetta oriġinali mar għall-kanzunetta Minn Kajfas Għal Għand Pilatu ta' Rachel Lowell, filwaqt li l-premju għall-aħjar kantawtriċi mar għal Cherylis, Tfewwaħ.
Ara x’ġara fid-dettall fis-serata tal-Għanja tal-Poplu f’dan l-artiklu li kien qiegħed jiġi aġġornat kontinwament waqt il-festival.