Philippa Ta' The New Victorians Titgħarras

Jekk forsi l-isem Philippa Cassar ma jdoqqlekx, żgur li smajt bl-isem The New Victorians. Philippa hija waħda miż-żewġ membri ta’ din il-band li għal dawn l-aħħar snin, qed tikseb suċċess wara ieħor. Milli jidher li l-għarus ta’ Philippa, Julian Naudi pproponielha ġewwa Budapest, l-Ungerija.

View this post on Instagram

A post shared by philippa cassar (@philcas) on Jun 19, 2019 at 2:25pm PDT

Jidher li l-koppja ħarbet fuq vaganza, hekk kif The New Victorians għadhom kif spiċċaw VII. Musical dwar l-istorja tas-Sette Giugno li kien suċċess enormi mal-udjenzi li marru jarawh. Wara dan is-suċċess, jidher li kien hemm xi ħaġa akbar jistenna lil Philippa.

Philippa tellgħat ritratt fuq il-mezzi soċjali tagħha u naħseb l-espressjoni tagħha tgħid kollox! Tant hu hekk li użat il-hashtag, tistgħu tgħiduli x’inhu jiġri hawnhekk. Minn hawn nifirħu lil koppja u nawgurawlhom żmien hieni u feliċi flimkien.

Instagram / Philippa Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI