Il-ġimgħa l-oħra ġibna l-istorja ta' Pj meta salva kelba! Pj apparti l-klieb għandu l-qtates ukoll! 9 b'kollox. Li ma konniex nafu hu li PJ iffissat fuq il-qtates tant li jmur barra minn Malta għall-cat shows!
L-aħħar cat show li żar PJ kien f'Mejju li għadda fir-Rumanija. Hawnhekk PJ ħa miegħu l-aktar qattusa favorita tiegħu li marret tajjeb għax ikkwalifikat fil-5 post minn 45 qattus. Il-favorita ta' PJ jisimha kkumplikat, Zlatomir Gerda isem mill-Hawaii (li tfisser sabiħa tal-ġenn).
Staqsejna lil mara ta' Pj kif irrnexxielha ssemmi dawn il-qtates kollha different u qaltilna li... "Normalment nżomm l-isem li jkun għażel l-breeder, għaliex din ir-razza ta' qtates malajr titgħallem u tkun drat isimha." Il-qtates ta' PJ ġejjin mir-Russja u jisseħju Siberian's. Il-karratru tagħhom huwa simili għal dak ta' kelb u jieħdu gost fl-ilma.
Ma' dawn il-qtates insibu lil Idallia. In-nannu ta' din il-qattusa kien l-attur prinċipali fil-film 9 lives!
