Platt Għaġin Fired Lil Dawn It-Tnejn

L-aħwa ġurnalisti Keith u Fabian Demicoli ilbieraħ ikkompetew fil-kċina biex jiġbru fondi b’risq ALS Malta. Jidher li Fabian kien ir-rebbieħ ta din il-kompetizzjoni.

Keith iddeċieda li jsajjar spaghetti biż-żejt taż-żebbuġa u għażla ta' ħaxix, filwaqt li l-platt rebbieħ ta’ Fabian kien għaġin farfalle bil-pesto u pistaċċi.  

Kienu l-preżentaturi tas-serata, Valentina Rossi u Frank Zammit, li għażlu l-platt ta’ Fabian bħala dak rebbieħ.

Dan hu dak li kellhu xi jgħid Keith wara l-kompetizzjoni:

Hawnhekk hu t-tentattiv tiegħi fil-kċina li falla. Naf li qed tgħidu 'mhux kulħadd imwieled biex ikun l-aqwa kok'. M'hemmx skużi, falliment totali kien.

Illejla għaddejin żewġ battalji oħra fil-kċina, bejn Ryan u Josmar tal-programm Sibtek, u mill-qasam sportiv, Justin Haber kontra Rodney Vassallo.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI