Possibilment Aktar Minn 300 Każ Fl-Aħħar Sigħat – X'Qed Jgħidu Eżatt?

L-indikazzjonijiet huma li llum għandna nistennew aktar minn 300 każ pożittiv għall-Covid-19. Fuq il-mezzi soċjali, Gerard Fenech, iz-Zija TT u anke Frank Portelli taw indikazzjoni li llum mhux ġurnata b’aħbarijiet pożittivi għal każijiet li nstabu li għandhom il-Covid-19.





Iz-Zija TT tgħid, “bomba kbira u vera tal-biki u għandna għalfejn ninkwetaw sa 6.00, 300 iridu noqogħdu preparati għal dak li jista’ jinqala’.” Iz-Zija TT ma kinitx l-unika waħda li għaddiet messaġġ bħal dan u jidher li l-aħbar ġriet.



Gerald Fenech fuq il-paġna popolari tiegħu kiteb, “seklu triplu” imbagħad meta xi ħadd staqsieh jekk mhux 300 u aktar, ikkonferma li dan hu minnu. Ftit tal-ħin wara xeħet post ieħor li jgħid “325 test pożittiv” u r-rata ta’ infezzjonijiet jidher li telgħat għal 1.4.

Mill-banda l-oħra, it-tabib Frank Portelli kien aktar kawt fi kliemu. Hu kiteb, “Qisu jum ħażin għat-testijiet pożittivi.” Dawn in-numri qed jikkawżaw tħassib fost il-popolazzjoni Maltija u kien hemm min anke staqsa biex jiżdiedu r-riformi.

Ħudu ħsieb!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI