Maxine Aquilina, waħda mill-erba’ ġurija li naraw fuq Malta’s Got Talent qasmet storja interessanti mmens. Storja li turi li fil-ħajja qatt m’għandek taqta’ qalbek u dejjem għandek tibqa’ tipprova sakemm xi darba tasal, tasal għal ħaġa jew oħra.
It-triq taf tkun differenti minn dik li immaġinajt iżda ċ-ċans li tasal hemm qiegħed ukoll. “Meta kelli 16-il sena kont ngħix l-Ingilterra u nistudja t-teatru mużikali. Provajt għal X Factor f’Londra u verament ma rnexxejtx…”
Maxine iżżid, “Qatt fil-ħolm tiegħi ma kont ħsibt li 15-il sena wara, inkun ġurija fuq Malta’s Got Talent.” Maxine hija prova ċara li kultant it-toroq ta’ ħajjitna jieħdu direzzjoni differenti minn dawk li nimmaġinaw aħna iżda d-destinazzjoni waħda sabiħa mmens.
View this post on Instagram
Facebook / Maxine Aquilina