Il-kantanta lokali Jessika, kellha vaganza memorabbli ġewwa l-Marokk, fejn l-għarus tagħha proponielha. Jidher li l-koppja waslu f’pajjiżna eżatt qabel mal-Marokk ġie milqut mit-terrimot.
Hi kitbet, “Qalbi hija man-nies kollha fil-Marokk bħalissa, ninsab mitlufa bla kliem… l-imħabba u l-ospitalità li ġejna imbierka bihom f’dawn il-ftit jiem hija xi ħaġa li ma nistax nispjega iżda se ngħożż tul ħajti kollha u se nżommha għażiża f’qalbi.”
Hi żżid, “Naraw il-vidjows tat-terremot u l-postijiet li konna fihom jumejn / erbat ijiem ilu biss, laqtu viċin immens. Għal dawk li qed jibagħtuli messaġġi jistaqsu dwar is-sigurtà tagħna (Ryan u jien), għamilnieha lura fil-gżira eżatt fil-ħin. Grazzi għall-ħsibijiet kollha.Talb għall-Marokk.
Facebook / Jessika