"Qatt Ma Ħdimt Ġo Uffiċċju, Għax M'Iniex Xi Wieħed Li Għandi Eżamijiet…" – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero jaqsam esperjenza personali ħafna u s-suċċess li għamel dejjem ħadem għalih. Hu jgħid, “Ħa nitfa’ dan ir-ritratt u nixtieq li meta tarawh u tinsabu bħali, tagħmlu kuraġġ u tħarsu ‘l quddiem. Qatt ma ħdimt ġo uffiċċju, għax m’iniex xi wieħed li għandi eżamijiet. Forsi hawn min bħali bla eżamijiet imma xorta jaħdem ġo uffiċċju… però jien qaddisin ma kelli qatt, però wasalt xorta u fejn ridt.”

Hu jkompli jgħid, “Ma sibt għajnuna ta’ xejn, lanqas mill-bank, imma xorta ma qtajx qalbi u wasalt u ftaħt. Taqtgħux qalbkom ħbieb għax fil-ħajja taslu, imma jrid ikollok il-kuraġġ, u temmen li hemm Alla miegħek il-ħin kollu.”

Fl-aħħar jagħlaq bil-kliem, “Illum nikteb u kważi nibki, mhux bid-dwejjaq imma bil-ferħ, għax wasalt, kienet triq twila ħafna imma wasalt fejn ridt. M’għandix obbligazzjoni lejn ħadd għax ħadd ma fetaħli triq, imma wasalt waħdi. Nispera dal-messaġġ ikun ta’ kuraġġ għalik li qtajt qalbek u messaġġ għalik li twarrab iż-żgħir.”





Facebook / Ivan Gaffiero



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI