Fi tmiem il-ġimgħa li għadda grupp ta’ 40 membru vjaġġa lejn Brussell għal żjara fl-istituzzjonijiet Ewropej. Esperjenza interessanti u produttiva fejn fiha anke ltaqgħu mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
Metsola qasmet filmat ta’ din l-esperjenza kif ukoll kitbet, “Mumenti mill-isbaħ ma’ grupp ta’ 40 mara u tfajliet żgħażagħ mill-Malta Girl Guides fil-Parlament Ewropew. Kemm għandna għalfejn inkunu kburin b’dawn l-għaqdiet ta’ voluntiera li jħejju lill-bniet Maltin b’valuri, kunfidenza u ħiliet li għandhom bżonn biex jindirizzaw l-isfidi li se jiffaċċjaw f’ħajjithom.”
Hi tkompli, “L-appell tiegħi lilhom u lit-tfajliet kollha hu: ibqgħu staqsu, sfidaw l-istatus quo, emmnu fikom infuskom u f’dak li kapaċi u tixtiequ twettqu. Lilna se ssibuna dejjem magħkom.”
Prosit!