“Qed Insegwi Mill-Qrib Is-Sitwazzjoni Li Qed Tiżviluppa F’ta’ Ġiorni Fejn Aggressur Spara Fuq Żewġ Pulizija.” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa f'Ta' Ġiorni, fejn aggressur allegatament spara fuq żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija.

F'messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru spjega li s-servizzi tal-emerġenza flimkien mal-membri tal-Korp tal-Pulizija qed jaħdmu bla waqfien sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u jiżguraw is-sigurtà ta' kulħadd.

Abela appella lill-pubbliku biex isegwi l-istruzzjonijiet kollha maħruġa mill-awtoritajiet, jevita ż-żona affettwata u jħalli lis-servizzi tal-emerġenza jwettqu xogħolhom b'mod sigur u mingħajr xkiel.

Il-Prim Ministru temm il-messaġġ tiegħu billi esprima l-appoġġ sħiħ tiegħu lejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija, filwaqt li tenna s-solidarjetà tiegħu ma' dawk kollha involuti fl-operazzjoni li għadha għaddejja.

Aġġornament: Il-Prim Ministru ta aġġornament fejn qal, "Ġejt infurmat li fl-aħħar mumenti s-sitwazzjoni f’Ta’ Ġiorni ġiet taħt kontroll. Iż-żewġ aggressuri involuti fl-inċident issa jinsabu f’idejn il-Pulizija, filwaqt li l-membri kollha tal-Korp ħarġu mill-post tal-inċident. Il-ħsibijiet tiegħi huma maż-żewġ uffiċjali tal-Pulizija li ndarbu, kif ukoll mal-familji tagħhom. Issa, trid issir ġustizzja."

Ritratti:

Facebook / Robert Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI