Qed Tagħrfuha Lil Din Il-Kantanta? – Tikber U Tidher Isbaħ!

Lura fl-1991 l-kantanta Georgina ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Could It Be? Kanzunetta fi dwett ma’ Paul Giordimania b’kompożizzjoni tar-raġel tagħha Paul Abela u Raymond Mahoney.

Fuq il-midja soċjali beda jdur ritratt tal-kantanta mill-August Moon Ball u aħna bqajna impressjonati b’kemm Georgina tidher tajjeb! Il-kantanta aktar kmieni din is-sena għalqet 60 imma ngħiduha kif inhi għadha tidher tajjeb daqs meta marret il-Eurovision Song Contest 28 sema ilu!

Ritratt: Facebook / Nina Boutique Malta

Fir-ritratt t’hawn fuq faċilment taraw dan. Il-kantanta baqgħet attiva fix-xena lokali u ta’ spiss narawha f’avvenimenti madwar pajjiżna, bosta drabi tkun waħda mill-kantanti li takkumpanja wieħed mill-ispettakli li jtella’ żewġha madwar Malta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI