Il-Health Promotion and Disease Prevention Directorate ħabbar avviż importanti mmens għal dawk kollha li qed jistennew biex jidħlu għal xi operazzjoni.
Importanti li 72 sigħat qabel il-proċedura l-pazjent jagħmel it-test tal-Covid-19. Sadanittant biex tnaqqas ir-riskju tal-imxija, importanti li qabel l-operazzjoni u sakemm tirċievi r-riżultat tibqa’ d-dar flimkien mal-membri tal-familja li tgħix magħhom biss.