“Qisu Lbieraħ Meta Żammejtkom Fi Ħdani” – Martina Scerri U Oħtha Edera Jagħlqu 25 Sena

Martina u Edera

Marvic Fenech qasmet messaġġ mimli mħabba bix-xewqat sbieħ għal uliedha, il-kantanta lokali Martina Scerri u l-eks parteċipanta ta’ Love Island Malta, Edera, f’għeluq il-25 sena tagħhom.

Marvic fakkret kif donnu kien ilbieraħ meta żammet liż-żewġt ibniet tagħha għall-ewwel darba, u llum qed tarahom jikbru u jsiru n-nisa li huma llum.

"Qisu lbieraħ meta żammejtkom fi ħdani għall-ewwel darba... U llum qegħdin hawn, narawkom it-tnejn tagħlqu 25 sena!
Kelli l-privileġġ li narakom tikbru, li narakom issiru n-nisa li intom illum, u li nkun ħdejkom fil-mumenti sbieħ kollha, fl-isfidi, u fil-tlugħ u l-inżul li ġġib magħha l-ħajja."

Esprimiet kemm hi kburija bihom u temmet il-messaġġ tagħha billi awguratilhom ħajja mimlija ferħ, imħabba, saħħa u opportunitajiet sbieħ, u assigurat li l-imħabba tagħha lejhom se tibqa’ bla tarf, illum, għada u għal dejjem.

F'isem Gwida.mt ngħidu Awguri lil Martina u Edera f’għeluq il-25 sena tagħhom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI