Skont is-sezzjoni tal-ippjanar tal-Enemalta li jieħdu ħsieb il-qtugħ tad-dawl fuq is-sit tagħhom, partijiet minn dawn id-disa’ lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw qtugħ tad-dawl skedat għal għada, 13 ta’ Jannar.
Il-ħinijiet ivarjaw, bix-xogħlijiet kollha jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew jiġġebbdu għal wara nofsinhar. Dawn huma l-għaxar lokalitajiet:
- Marsaskala bejn is-07:00 sas-14:00
- Iż-Żurrieq bejn it-08:00 sas-14:00
- Ħaż-Żabbar bejn it-08:00 sas-14:30
- Iż-Żejtun bejn it-08:00 sal-12:00
- San Pawl Il-Baħar bejn it-08:00 sas-14:00
- Ir-Rabat bejn it-08:00 sas-14:00
- Il-Munxar bejn it-08:30 sas-14:30
- Il-Mosta bejn is-13:00 sas-19:30
- Il-Belt Valletta bejn l-04:30 sat-08:30
- Ħal Qormi bejn it-08:00 sas-15:00
L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija b’SMS li jibgħatlek messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanzi lil kull min ikun membru. Tista’ tirreġistra HAWN. Ikklikkja f’dan il-link HAWN biex tiċċekkja liema toroq speċifiċi se jiġu affettwati.