Rabja Fir-Renju Unit Dwar Il-Qtil Ta’ Henry Nowak U N-Negliġenza Tal-Pulizija

Ir-Renju Unit huwa xxukkjat bil-każ ta’ Henry Nowak – żagħżugħ ta’ 18-il sena li kien miexi lejn id-dar minn pub f’Diċembru li għadda meta raġel attakkah. Vickrum Digwa daqq lil Henry erba’ darbiet mingħajr ebda raġuni u mbagħad ċempel lill-pulizija biex jgħidilhom li Henry qallu kliem razzist… li kienet gidba.

Meta waslu l-pulizija, emmnu lil Digwa, u għalkemm Henry kien qed imut, xorta arrestawh u poġġewlu l-manetti. Ipprova jgħidilhom li ġie mogħti daqqiet ta’ sikkina u li ma setax jieħu n-nifs. Ma emmnuhx… u miet. Dan kollu ġie kkonfermat minn filmati tal-bodycam miksuba fil-qorti.

Din il-ġimgħa nġabru folol kbar barra l-għassa tal-pulizija ta’ Southampton biex jipprotestaw kontra r-razziżmu sistematiku, bi ġlied kontra l-pulizija. Il-folla għajtet “Ġustizzja għal Henry Nowak”, “Pulizija razzista, barra mit-toroq tagħna” u “Imisskom tistħu”.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI