Il-kantawtur u produttur mużikali Malti Ray Mercieca ilbieraħ għalaq 65 sena. Huwa twieled fil-21 ta’ Mejju tal-1961 u sar wieħed mill-aktar artisti magħrufa fix-xena mużikali lokali, speċjalment fis-snin 80 u 90 bħala membru tal-band The Characters.
Il-band kellha diversi suċċessi fosthom Down by the Water, The Truth, Destination Red u Which Way Does the Wind Blow. Aktar tard Ray kompla l-karriera tiegħu ma’ The Rifffs u wkoll bħala artist solo, fejn kompla jesperimenta bi stili mużikali differenti u jibqa’ attiv fix-xena tal-live music.
Fl-2018 kien ukoll parti mill-ġurija ta’ X Factor Malta, fejn għen biex jiskopri talenti ġodda Maltin. Nawguraw lil Ray l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u paċi.
Facebook / Ray Mercieca