Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward rekord ġdid, l-itwa fjura tax-xemx li tkejjel tul ta’ aktar minn 3 metri.
Huma bdew billi qalu, “Is-seħer tal-fjura tax-xemx (sun flower) f’pajjiżna. The Malta Records illum ġejna mistiedna biex niċċertifikaw ksur ta’ rekord li kien iċċertifikat ftit tal-ġimgħat ilu.”
Komplew billi żiedu, “L-itwal fjura tax-xemx tkejjel tul ta’ 3 metri u 60 ċentimetru (madwar 12-il pied). Dan ir-rekord ġie miksur minn Friends of the Earth Malta. Aktar dettalji u informazzjoni dwar din l-għaqda non-governattiva jingħataw aktar ‘il quddiem.”
Prosit kbira lil dawk kollha nvoluti!