Rekord Nazzjonali Ġdid – L-Itwal Ammont Ta' Liedna Armata Fl-Itwal Triq Fil-Ġimgħa Tal-Festa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu mas-segwaċi tagħhom dwar rekord nazzjonali ġdid li ġie mwaqqaf riċentament – l-itwal ammont ta’ liedna armata fl-itwal triq fil-ġimgħa tal-festa.

Bdew billi qalu, “Evviva l-festi Maltin!! Il-bieraħ The Malta Records konna mistednin ġewwa tas-Sliema għall-preżentazzjoni ta’ rekord nazzjonali ġdid.  L-itwal ammont ta’ liedna armata fl-itwal triq fil-ġimgħa tal-festa. Ammont ta’ 1200 metru ta’ liedna fi Triq Manwel Dimech, Sliema li tkejjel tul ta’ 450 metru.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “Dan ir-rekord ġie mwaqqaf mill-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor waqt il-festa tal-Madonna tas-Sacro Cuor ġewwa tas-Sliema. Ħajr speċjali lil Ryan Mifsud il-Kikka Power li ħadem il-liedna għall-festa. Għażiż Ryan, kien ta’ pjaċir li sirna nafuk. Int xempju tal-volontarjat u d-dedikazzjoni għall-festa li tant tħobb.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI